Ingredjenti (għal bejn 4 u 6 persuni):
800g għaġin Paccheri
400g kapuljat tal-ħaruf
Mgħarfa żejt taż-żebbuġa
Basla mdaqsa mqatta’ rqiqa
Karrotta mqatta’ rqiqa
Zokk ta’ karfusa mqatta’ rqiq
2 kuċċarini kosbor midħun
Kuċċarina min kull wieħed min dawn li ġejjin – bużbież, kemmun, klin, sagħtar. paprika milli jaħraq, bżar, u melħ
Mgħarfa kunserva
3 tadamiet kbar imqatta’
Bott tadam imqatta’.
100ml kikkra nbid aħmar
300ml stokk tat-tiġieġ
Mgħarfa butir
Żewġ imgħaref nagħniegħ frisk imqatta’ rqiq
100g irkotta
Metodu:
- Saħħan iż-żejt ġo taġen fond jew kazzola. Żid il-basla, karrotta, u z-zokk tal-karfusa u aqlihom għal ftit minuti sakemm jirtabu.
- Żid il-ħaruf u l-ħwawar kollha u sajjar fuq nar baxx sakemm il-kapuljat jieħu ftit kulur u jinxef il-likwidu kollu. Ħawwad spiss.
- Żid l-inbid u erġa’ tektek bil-mod sakemm ma jibqax likwidu.
- Żid it-tadam il-frisk u tal-bott, l-istokk, u l-kunserva. Ħawwad sewwa u kif jiftaħ jgħali, baxxi n-nar u ħallih itektek għal madwar 30 minuta. Tih taħwida qisu kull għaxar minuti.
- Sadanittant, għalli il misħun u kif jgħali sajjar il-paccheri skont il-ħin fuq il-pakkett. Ħallihom isiru ‘al dente’.
- Kif isiru saffihom, però titfax ilma kiesaħ fuqhom. Ħawwad magħhom mgħarfa butir, u eżatt wara itfa l-għaġin kollu fiz- zalza.
- Tektek u ħawwad fuq nara baxx ghal ftit minuti, sakemm tara li l-għaġin hu miksi biz zalza.
- Servi b’mgħarfa rkotta mħallta man-nagħniegħ l-imqatta’ fuq kull platt.
L-ikla t-tajba!
Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar din ir-riċetta u oħrajn, ibagħtilna fuq info@skoperta.net
Ikkumenta

Kontributriċi