Select Page

Ftit tal-minuti ilu l-kantanta Kylie Coleiro ħabbret fuq il-midja soċjali li llum, wara 11-il sena, l-għarus tagħha Clint Grima għadu kemm ippropnielha!

Kylie tirrakkonta kif wara ġurnata xogħol twila kellha tgħaddi għand il-kunjata biex tieħu xi ħaġa li kienet xtratilha imma minflok ikkonvinċietha biex tibqa’ sejra d-dar. Kif waslet id-dar sabet kullimkien mitfi, bix-xemgħat u bukkett fjuri sabiħ jistenniha, u ftit sekondi wara Clint ipproponielha! Ovvjament qalet iva!

Kylie tgħidilna li tinsab eċċitata ħafna u għadha s’issa ma tistax temmen.

Nawguraw lil Kylie u lil Clint aktar snin ta’ mħabba.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks