Select Page

Ftit jiem ilu Joseph ħabbar li x-xewqa li r-rumanz li kiteb jiġi ippubblikat kienet waslet biex isseħħ! U fil-fatt, issa tista’ tordna l-kopja tiegħek. Imma mhux biss! Nhar il-Ħadd 15 ta’ Novembru bejn l-10.00am u 12.00pm, Joseph se jkun qiegħed fi Ġnien l-Għarusa tal-Mosta, jiffirmalek ir-rumanz li se tkun tista’ tixtri dak il-ħin stess.

‘Iz-Ziju Manwel’ huwa rumanz semi bijografiku, imsejjes fuq fatti li graw. Miktub minn Joseph Debono u ippubblikat minn Kite Group.

Din l-istorja, imsejsa fuq fatti li ġraw, hi l-istorja ta’ Manwel Debono, żagħżugħ kwiet minn familja sempliċi mill-Belt. Tibda fil-bidu tas-seklu għoxrin meta iltaqgħu ommu u missieru In-Naxxar, u tkompli bi tfulitu il-Belt in-naħa ta’ San Duminku, fi żmien il-gwerra, bit-tifrik u l-imwiet li ġġib magħha. Fiż-żgħożija jiżviluppa karattru differenti mit-tlett ħutu l-oħra; idoqq il-kitarra ma sħabu, jiskopri l-imħabba lejn il-flamenco u lejn l-ilsien Spanjol, u jinġibed lejn il-poeżija ta’ Federico Garcia Lorca. Imbagħad l-esperjenza tiegħu fit-tarzna, li twassal sa l-irvellijiet ta April 1958. Minn hemm ħajtu tieħu xejra kiefra, traġika, li twassal sal-bidu tas-snin elfejn. Xejra kiefra ħafna li ħlietlu ħajtu, mhux ħtija tiegħu…

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks