Fl-ewwel gimgħat importanti li jingħataw il-vaċċini ewlenin għaliex dawn jgħinu u jipprevjenu l-mard u trasmissjoni tal-aktar viruses u batterji komuni u kiefra fil-klieb u qtates. F’każ li ma jingħatawx ikun hemm riskju kbir ta’ mard u anki mewt, speċjalment għal klieb li joħorġu barra.

Jeżistu bosta dewormers fis-suq kemm bħala likwidu u anki pillola. Importanti li dawn jingħataw minnufih.

Ħafna drabi l-frieħ jieħdu l-ħniex mingħand ommhom stess (speċjalment jekk l-omm qatt ma tkun ingħatat id-dewormer riċentament). Importanti li jigu dewormed regolarment meta jkunu għadhom fl-ewwel gimgħat ta’ ħajjithom għaliex inkella jista’ jkun li ma jizvillupawx sew.

Wara li jikbru għandhom jingħataw mill-inqas kull 6 xhur biex jipprevjenu problemi fl-imsaren.

Dieta ta’ kwalita tajba hija importanti ħafna. Minbarra hekk hemm bżonn li jkun hemm kontroll fuq il-porzjon tal-ikel skont l-istruzzjonijiet tal-pakkett tal-ikel.

Ħafna nies għandhom it-tendenza li jagħtu l-ikel lill-klieb u l-qtates bla qies u kontroll ta’ xejn u proprju għalhekk għandna ħafna mill-annimali tagħna b’piż żejjed.

L-aħjar żmien biex toħroġ il-ġeru hu ftit wara li jingħataw il-vaċċini ewlenija.

Wieħed mill-benefiċċji li hemm meta ssewwi l-kelb jew il-qattus tiegħek hu li tkun qed tnaqqas ir-riskju ta’ kanċer fil-prostata għall-irġiel u tas-sider fin-nisa.

Importanti li wieħed jikkonsulta mal-veterinarju tiegħu biex jara li l-annimali għandhom kollox kif meħtieġ.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks