Din il-ġimgħa hija sfida li ħafna minna nħobbu u nobgħodu fl-istess ħin!
Aħna se nagħmlu rejd il-KĊINA KOLLHA tagħna – neħilsu minn kull ħaġa li m’għadniex neħtieġuha, nużawha, jew li mhix qed isservi l-għanijiet ta’ saħħa u l-fitness tagħna.
Mela ejjew nibdew!
Nibdew bl-armarji, ifli kull xkaffa u armi kull ħaġa li hija ipproċessata żżejjed, jew forsi saħansitra skadiet!
Imbagħad, imxi lejn il-friġġ u l-friżer tiegħek u għamel l-istess ħaġa.
Ftakar, żomm biss l-ikel li temmen li jgħinek fis-saħħa u l-fitness tiegħek.
Personalment, inħobb nagħmel kull parti waħda waħda, u mbagħad nagħti lil kull żona ‘scrub-down‘ tajba kif inkun għaddej.
Ladarba tlesti tnaddaf kollox, ħu ftit minuti biex tivvaluta dak li fadal u tara dak li għandek bżonn terġa’ taħżen fil-kċina tiegħek!
Din tista’ ma tidhirx ħaġa pjaċevoli imma NWEGĦEDEK li meta tlesti, se tħossok kuntent 🙂
Int ħa tilqagħha l-isfida ta’ din il-ġimgħa? Jekk iva, poġġi r-ritratt tiegħek ta “qabel” u “wara” ta’ parti waħda mill-kċina tiegħek sabiex flimkien inkunu nistgħu ngħinu lil xulxin inkunu responsabbli fuq it-tip ta’ ikel li nerfgħu fil-kċina tagħna!

Kowċ tal-Fitness
Xjentist tal-Eżerċizzju u l-Isport