Il-Beaucarnea hija pjanta distintiva ta’ ġewwa b’weraq imdendlin, u hija faċli ħafna biex tieħu ħsiebha.
Oriġinarjament miċ-ċentru tal-Amerika primarjament fil-Messiku u Texas, magħrufa bħala Nolina, is-sieq tal-iljunfant jew komunement magħrufa bħala ponytail plant. Għalkemm il-Beaucarnea ħafna drabi tiġi assoċjata mal-palma, fil-fatt hija membru tal-familja tal-ispraġ.
Fl-abitat nattiv tagħha din il-pjanta tgħix fejn l-aktar ikun hemm xemx. Bħala pjanta tad-dar, tikber l-aħjar f’dawl qawwi dirett, idealment f’mill-inqas 5 sigħat kuljum. Importanti li żżomm il-ħamrija pjuttost niexfa, issaqqiha mir-rebbiegħa sal-ħarifa, u tħalli l-parti ta’ fuq jew tnejn tal-ħamrija tinxef kompletament qabel ma terġa’ tisqi.
Matul ix-xitwa, saqqiha biss kultant skont il-klima li l-pjanta tinżamm fiha. Kun żgur li l-weraq jista’ jiddendel liberament, għaliex kuntatt ma’ ħajt, armarju jew purtiera jista’ jikkawża li dawn isiru kannella. Dan jiġri wkoll jekk l-umdità tkun baxxa wisq.
Fertilizzanti, għalef bl-ikel tal-pjanti darba kull ħmistax matul il-perjodu tat-tkabbir tar-rebbiegħa u tas-sajf. Ibdel il-pot darba kull sentejn jew tlieta.
Fatt kurjuż għal dawk li jħobbu l-qtates huwa li l-qtates iħobbu jgerrmu l-weraq ta’ din il-pjanta. Minkejja li mhijiex pjanta valenuża, iżda l-weraq ma jirkuprawx minn dan it-tip ta’ attakk!

Kontributriċi