Illejla fil-Malta Journalism Awards, il-programm Xarabank jirbaħ żewġ unuri.
L-Unur għall-aqwa feature tas-sena 2019 u kif ukoll Peppi Azzopardi rebaħ wieħed mill-aktar unuri prestiġġjużi f’dawn l-awards, dak tal-Gold Award ippreżentat mill-President Emeritu l-E.T. Marie-Louise Coleiro Preca.
It-tim ta’ Xarabank jirringrazzja lit-telespettaturi li kienu u baqgħu jsegwu l-programm, li flimkien mat-tim kollu iddedikat, kienu parti mis-suċċess ta’ dan ir-riżultat.
Kif qalu fuq il-paġna tagħhom stess, minkejja li Xarabank fuq it-televiżjoni spiċċa, se jkompli jixxandar online fuq il-paġna ta’ Xarabank u fuq Lovin Malta.
Awguri lit-tim ta’ Xarabank! Awguri Peppi!
Ikkumenta
