Select Page

L-għakruxa f’siġret il-kalli

Isejħuli għakruxa mara
Ifhmuni,
Aħna mhux bħalkom
M’għandniex minn dak u l-oħra.
Sibt daqsxejn tal-kenn hawn
F’siġret il-kalli.
Bdejt nistejqer wara l-ewwel xita
Kien sajf qalil wisq………
Niskanta u nitnixxef
Kif lili ma jiklunix, hawn f’din il-ġżira.
U bejnietna issa,
Nagħmel naqra aljoli
Żul minn hemm.
L-għakrux raġel jiġbruh
Bil-gzuz imma
Mur ghidilhom…..
Ħa nkompli nżelleġ bil-mod jien
Xi darba nasal.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks