Żgur li xi darba jew oħra kulħadd ra xi episodju ta’ Tom and Jerry. Qattus u ġurdien li kienu l-aktar żewġ karattri bħala karikaturi li kienu għedewwa. Minkejja li Tom huwa karattru ta’ daqs kbir, mentalità determinata u enerġetika, jipprova kull strateġija biex jaqbad lil Jerry, rarament jirnexxilu jikseb dak li jkollu f’moħħu. Prinċipalment minħabba li Jerry dejjem b’xortih tajba, u xi ftit jew wisq aktar għaqli minn Tom, madankollu, f’diversi okkażjonijiet huma jagħtu ħbiberija ġenwina lil xulxin.
Ċertament li ħafna, inkluż adulti, ħadu gost bl-aħbar li dawn iż-żewġ karikaturi se jerġgħu jeħduna fuq avventura oħra minn tagħhom.
Oriġinarjament, il-film tant mistenni ta’ Tom u Jerry kien ippjanat li joħroġ fit-23 ta’ Diċembru ta’ din is-sena, is-sena li proprju timmarka it-80 anniversarju ta’ dawn iż-żewġ karikaturi, iżda minħabba l-pandemija covid-19 kellhom jipposponu. Għaldaqstant, il-film mistenni joħroġ fiċ-ċinema f’Marzu tas-sena d-dieħla.
L-istorja ta’ dan il-film se teħodna fejn Tom jitwarrab mis-sidien tiegħu u jitkeċċa ‘l barra mid-dar tagħhom wara li falla għall-aħħar darba li jagħmel xogħlu bħala qattus tad-dar u għamel ħerba f’battalja mar-rivali ta’ dejjem tiegħu Jerry. Wara dan, Tom u Jerry jiddeċiedu li jtemmu r-rivalità ta’ bejniethom u jmorru għal triqthom separatament. Kawża ta’ dan, Jerry jispiċċa mingħajr sors ta’ ikel!
L-avventura tibda meta dawn It-tnejn jiltaqgħu ġewwa New York City fejn Jerry ikun qed jikkawża kull xorta ta’ nkwiet fl-akbar lukanda lussuża tal-belt, li iddeċieda li joqgħod fiha. Tom jidħol fix-xena meta l-impjegati tal-lukanda jqabbduh biex jgħinhom jikkumbattu ma’ dan il-ġurdien imqareb.
Iżda finalment jiskopru xi ħaġa li tista’ twassal biex għal darb’oħra jerġgħu jwarrbu r-rivalità tagħhom…. min jaf?!

Direttriċi u Maniġer tal-Midja Soċjali