Select Page

Aktar kmieni llum tħabbret il-mewt tal-Professur Oliver Friggieri, fl-età ta’ 73.

Kittieb, poeta u għalliem. Huwa meqjus bħala pilastru fil-letteratura Maltija.

Friggieri kien kruċjali fil-promozzjoni tal-letteratura Maltija u l-użu tal-lingwa Maltija u kien fost il-ko-fundaturi tar-rivista popolari għat-tfal is-Sagħtar, kif ukoll Klabb Kotba Maltin.

Bħala edukatur huwa għallem il-Malti fl-iskejjel sekondarji. Fl-1988 huwa nħatar kap tad-Dipartiment tal-Malti tal-Università ta’ Malta u baqa’ jmexxi d-dipartiment sal-2002.

Huwa ippubblika varjetà wiesgħa ta’ kotba, li jvarjaw minn xogħlijiet ta’ kritika letterarji għal poeżija, kif ukoll 10 novelli u ġabra ta’ abbozzi. Ix-xogħlijiet tiegħu ġew tradotti għall-Ingliż, Franċiż, Ġermaniż, Taljan u Grieg.

Ir-rumanz tiegħu Fil-Parlament Ma Jikbrux Fjuri kien fost l-aktar xogħlijiet famużi tiegħu tal-1986, u kien qajjem kontroversja kbira.

Fl-2016, Friggieri ġie onorat b’medalja tad-deheb f’Ġieħ l-Akkademja tal-Malti u rebaħ diversi edizzjonijiet tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb.

Il-legat tiegħu jibqa’ f’bosta kitbiet, poeżiji, studji u studenti li għallem matul is-snin.

Insellmu l-memorja tal-Professur Oliver Friggieri, u nagħtu l-kondoljanzi lill-qraba tiegħu.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks