Fuq il-midja soċjali nsibu kull tip ta’ posts, uħud li nippruvaw nevitaw u oħrajn li jolqtuna għal xi raġuni jew oħra.
Filmat partikolari li tella’ fuq il-profil tiegħu, Kurt Harmsworth ġibed l-attenzjoni tagħna u għaldaqstant għamilna kuntatt miegħu.
Kurt, qalilna li l-mużika kienet taffaxxinah minn mindu kien żgħir. Dan jista’ jkun għaliex kiber f’dar li l-mużika kienet minn dejjem parti importanti. Dejjem jisma’ lil missieru jdoqq is-cds favoriti tiegħu mis-snin 60, 70 u 80.
Matul is-snin Kurt tgħallem jikkontrolla tipi ta’ vokali differenti biex jifforma ‘kor’. Bass, tenor u baritonu bis-sopran okkażjonali li jikkumplimenta l-kanzunetta.
Qalilna wkoll li matul is-snin tgħallem ukoll idoqq u xtara ħafna strumenti
Il-Milied kien minn dejjem speċjali għal Kurt u l-familja tiegħu, u allura l-fatt li jista’ jgħaqqad dawn it-tnejn flimkien hija opportunità biex jesprimi kemm it-tifsira tiegħu tal-Milied kif ukoll il-passjoni tiegħu għall-mużika.
Kurt temm jgħidilna li kulħadd għandu t-talent tiegħu, ta’ xi wħud moħbija u ta’ oħrajn mhumiex imma kulħadd huwa speċjali fil-modi uniċi tiegħu.
Nittamaw li nisimgħu aktar mit-talent ta’ Kurt!
