Għandek bżonn: (għal 4 persuni)
500g ċanga, maqtugħa f’biċċiet ‘bitesized‘
Mgħarfa butir
Basla kbira mqatta’
4 sinniet tewm, imqatta’
2 kuċċarini worcestershire sauce
250g faqqiegħ, imqatta’
300ml stokk taċ-ċanga
250ml krema friska
Mgħarfa tursin imqatta’
Dqiq (biex tiksi l-laħam)
Melħ u bżar
250g ross mgħolli
Metodu:
Roxx id-dqiq, il-melħ u l-bżar fuq il-biċċiet taċ-ċanga. Ħawwad sew sakemm il-laħam ikun miksi bid-dqiq.
Dewweb il-butir f’taġen fond. Żid il-laħam u aqli għal xi erba’ minuti fuq kull naħa.
Neħħi l-laħam mit-taġen u żommu f’post sħun.
Fl-istess taġen, aqli l-basla, it-tewm u l-faqqiegħ sakemm il-basla tirtab u tibda tieħu l-kulur.
Erġa’ żid il-laħam fit-taġen. Żid il-worcestershire u l-istokk taċ-ċanga. Ħawwad, u ħallih sakemm ikun se jiftaħ jagħli.
Imbagħad baxxi n-nar u ħallih itektek, għal 20 minuta.
Żid il-krema friska u ħawwad sew għal ftit minuti sakemm il krema tisħon.
Irranġa l-beef stroganoff u r-ross fuq platti u roxx it-tursin fuq kull platt.
L-ikla t-tajba 🙂

Kontributriċi