Select Page

Niftakar

Meta jien kont tifla żgħira
bla problemi u ħsibijiet
kont nitgħaxxaq nisma l-ħrejjef
fuq prinċipessi u sħarijiet.

Il-papà bil-ħlewwa kollha
fuq is-sodda jimtedd ħdejja
kuljum kien jivvinta storja
sakemm nagħlaq ftit għajnejja.

Xi ftit stejjer niftakarhom
kien ikollhom xi tagħlima
xi rakkont, storja ta’ mħabba
jew karattru b’xi qalb kbira.

Meta nkun xi ftit imtaqqla
l-aktar b’din il-pandemija
nitlaq niġri mmur nixxala
fil-ġnien ħelu tat-tfulija.

Ħsieb: Fi żminijiet diffiċli, inħobb immur lura fil-passat u niftakar b’għożża t-tfulija tiegħi , id-dinja tal-fantażija u l-mumenti speċjali ma’ missieri.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks