Select Page

Ma torqodx komda jew komdu? Ara tgħinekx din? ….L-EBDA ĦAĠA ELETTRONIKA WARA 8:30 PM!

Kont taf li d-dawl blu mill-apparat tiegħek – Mowbajl, Tablet, TV, laptop, kompjuter – iħawwadlek l-ormoni ta’ ġismek u jista’ jagħmilha aktar diffiċli għalik biex torqod? Tant hu hekk li llum il-ġurnata, porzjon mill-apparat l-ġdid qiegħed jiġi manifatturat mingħajr dan id-dawl blu?

Dan għaliex apparat ibbażat fuq l-LED jarmi dawl blu, li jista’ jżid il-livelli ta’ kortisol f’ġismek.

Il-kortisol huwa l-ormon tal-istress u li huwa ddisinjat biex iqajjimna u nimxu meta nkunu ffaċċjati b’periklu.

U dak jista’ jkollu impatt sinifikanti fuq il-melatonina, l-ormon li jinduċi l-irqad.

Ovvjament, dak huwa eżattament l-oppost ta’ dak li rridu li jiġri eżatt qabel l-irqad, mhux hekk?

Naf li ħafna minna dipendenti fuq il-mowbajl, it-tv u l-kompjuters tagħna … Allura dan hu eżattament għaliex din il-ġimgħa, se nagħlquhom kollha sa mhux aktar tard mid-9 p.m…. sabiex inkunu nistgħu nieħdu lejl aħjar ta’ rqad! Li jwassal għal ġurnata aħjar, Għada!

Kif tafu, l-irqad għandu impatt tremend fuq kważi kull aspett ta’ ħajtek, kemm jekk qed titlef il-piż, ittejjeb il-burdata tiegħek, jew tkun iktar produttiv fuq ix-xogħol.

Ħafna minna għandna bżonn mill-inqas 6 sa 8 sigħat ta’ rqad ta’ kwalità tajba kull lejl … imma għal ħafna minna, li jkollok daqshekk tista’ tkun sfida mhux daqstant faċli …. U għalhekk, mhux biss dwar l-ammont ta’ sigħat li torqod, imma l-KWALITÀ tal-irqad (Kemm qed torqod tajjeb u fil-fond).

Jekk tkun impossibbli li tibqa ‘l bogħod mill-apparati elettroniċi tiegħek, għall-anqas ikkunsidra li tnaqqas id-dawl. Imma xjenzati li għamlu mijiet ta’ esperimenti jgħidu li l-aħjar mod kif tevita l-problema …. huwa li tevita l-apparati elettroniċi tiegħek qabel torqod!

Int lest għall-isfida!?!? Għidilna f’kumment hawn taħt!

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks