Select Page

Il-pjanta Calandivia ġiet żviluppata fl-Olanda. Klassifikata bħala sukkulenti u tvarja f’kuluri vibranti, roża, aħmar, oranġjo u abjad. Din il-pjanta tagħti problemi minimi. Tipikament imkabbra bħala pjanta tad-dar, kemm jista’ jkun f’dawl naturali u dawl tax-xemx dirett. Il-kalandivia tikber ukoll barra f’xemx diretta imma importanti li tkun protetta mir-riħ.

Il-Calandivia hija pjanta li tiflaħ għan-nixfa, aħjar tagħtiha ftit ilma minflok wisq. Saqqi l-pjanta sewwa kull ġimgħa, imma stenna sakemm il-ħamrija tinxef qabel ma terġa’ ssaqqiha. Applika fertilizzant darba kull 15-il jum matul l-istaġun tat-tkabbir biex tħeġġeġ il-fjoritura.

Bħal sukkulenti oħra l-Calandivia teħtieġ kompost lsew, tista’ tixtri taħlita ta’ kompost użata għal sukkulenti u kaktus jew iżżid perlite u ramel mat-taħlita normali tiegħek tal-kompost.

Ikollok problemi minimi b’insetti u tip ta’ ħsara oħra, iżda din l-pjanta tista’ tiżviluppa moffa jew jitħassar iz-zokk, u dan jiġi ikkawżat minn tisqija żejda. Jekk jinbidel il-kulur tal-weraq tal-pjanta, dan ikun ikkawżat mill-moffa, min-naħa l-oħra jekk il-weraq jidbiel ifisser li jkunu tħassru l-għeruq tal-pjanta.

Il-pjanta hija velenuża għall-qtates u l-klieb? Sfortunatament iva. Il-fjura fiha glikosidi kardijaċi tossiċi li huma velenużi ħafna speċjalment għall-qtates tagħna. Il-qtates jistgħu jesperjenzaw ħsara sinifikanti anke minn ftit nibbles.

Fatt kurjuż: Fis-sajf il-kulur tal-fjuri ikun aktar vibranti u l-weraq jiżviluppaw b’kulur aħmar.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks