Bosta jesprimu s-sogħba tagħhom fuq il-midja soċjali hekk kif tħabbret il-mewt tad-direttur Karmenu Aquilina fl-età ta’ 74 sena.
Idderieġa diversi produzzjonijiet u pageants. L-ewwel pageant li dderieġa tmur lura sal-1974.
Huwa kien ukoll l-awtur ta’ bosta stejjer qosra miġbura fil-kollezzjoni Stejjer tat-Tfal: Il-Ġnien u l-Arka.
Bosta atturi esprimew il-gratitudni lejh u li kien strumentali għall-karriera tagħhom. Jisħqu li minkejja li d-dixxiplina kienet importanti f’xogħlu kien iħalli lill-attur jifhem u jikber fil-karattru li jrid jinterpreta.
Insellmu l-memorja ta’ Karmenu Aquilina u nagħtu l-kondoljanzi lill-qraba tiegħu.
Ikkumenta
