Il-kunċett ta’ din il-kanzunetta hu li waqt li d-dinja kollha għaddejja minn sitwazzjoni diffiċli bħalissa, ħafna nies tilfu s-sens ta’ ferħ f’ħajjithom, għaldaqstant din il-kanzunetta tippreżentalna l-ferħ veru tal-Milied.

Din il-kanzunetta tagħti bidu għal żewġ anniversarji ta’ ferħ fl-2021; l-għaxar anniversarju mill-kanzunetta Ħelu Bambin (2011-2021) u l-mitt anniversarju mill-ewwel Dimostrazzjoni bil-Bambin minn San Gorg Preca (1921-2021).

Ispirat miċ-ċirkostanzi attwali u miż-żewġ anniversarji, l-għan ewlieni tal-awtur hu li jfakkar aktar minn qatt qabel li l-Milied huwa festa ta’ ferħ. Fi żminijiet diffiċli għandna nieqfu u nirriflettu s-sinjifikat veru tal-Milied, u meta verament naslu biex nifhmu, nindunaw li l-veru sors ta’ ferħ ta’ ħajjitna mhuwiex dak materjali. Il-ferħ insibuh biss meta jkollna l-paċi ġewwiena, u fl-imħabba sinċiera lejna nfusna, lejn dawk ta’ madwarna u lejn in-natura. Mhux biss fil-Milied iżda f’kull ġurnata ta’ ħajjitna.

Ferħ tal-Milied

Kantanta: Jade Vella

Kliem: Fr George ocar Buttigieg

Mużika: Andrew Zammit

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks