Il-Kollezzjonist, sensiela ġdida bi preżentazzjoni ta’ Raymond Saliba flimkien ma’ Sharp Shoot Media.

Din se tkun sensiela ta’ dokumentarji qosra li se teħodna biex nesploraw uħud mill-isbaħ kollezzjonijiet privati fil-gżejjer Maltin u Għawdxin.

Is-sensiela se teħodna se twassalna biex nifhmu aħjar il-polz ta’ kull min iddedika ħajtu sabiex ftit ftit jibni l-kollezzjoni privata tiegħu, li tagħmel ġieħ mhux biss l-istorja ta’ pajjiżna iżda wkoll lil ħafna pajjiżi oħra madwar id-dinja.

L-24 kollezzjonist li se niltaqgħu magħhom f’din is-sensiela huma wħud mill-ikbar fl-Ewropa fl-oqsma rispettivi tagħhom. Ċerti oġġetti li ħa naraw ma nsibuhom lanqas fil-mużewijiet.

Se naraw varjetà ta’ kollezzjonijiet, minn mapep sa ġugarelli tad-disgħinijiet.

Il-Kollezzjonist jibda’ jixxandar mid-29 ta’ Diċembru 2020 fuq TVM, fis-6.30pm.

Nirringrazzjaw lil Sharp Shoot Media li ipprovdewlna ritratti mill-filmati attwali tal-programm.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks