Purifying Mask
Ingredjent importanti fil-qalba ta’ din il-maskra huwa l-ilma Sakura, magħruf għal eluf ta’ snin fil-farmakopeja Asjatika għall-proprjetajiet idratanti tiegħu!
Kif tużaha: din il-maskra tas-sbuħija għandha tiġi applikata darbtejn fil-ġimgħa! Applika l-maskra f’saff oħxon, ħalliha għal 10 minuti u għamel massaġġi forma ta’ ċrieki – jew neħħiha b’COTTON DISK. L-għażla hija tiegħek!
Ipurifika l-ġilda
Biex tippurifika
- terminu profond ħafna! Xi tfisser tippurifika l-ġilda? Tnaddaf il-pori, tneħħi s-sebum żejjed u l-impuritajiet, sempliċement b’dan il-prodott il-ġilda tieħu n-nifs … dan kollu bl-għan aħħari li jkollok ġilda matta, pori ndaf u magħluqin u dehra radjanti!
Għaliex il-Purifying Mask hi daqshekk importanti?
Il-PURIFYING MASK hija importanti kemm għaliex l-arja ta’ madwarna m’hijiex daqshekk nadifa kif ukoll għaliex dan l-aħħar qed ikollna nilbsu maskri ta’ protezzjoni, u dan iħalli effett ta’ ponot irqaq u aktar żejt ġol-wiċċ.
Biex tippurifika l-ġilda huwa rakkomandat għan-nies kollha b’ġilda żejtnija u kombinata, iżda wkoll għal dawk kollha li sempliċement iridu jibbilanċjaw mill-ġdid il-gilda tagħhom.
Grazzi għall-Purifying clay mask minn Jowaé! Fil-qalba ta’ din il-maskra hemm tafal u l-famuża Lotus Sagra, magħrufa għall-proprjetajiet purifikanti tagħhom. It-tafal pur jassorbi l-impuritajiet u jnaddaf il-pori fil-fond. Preżenti wkoll fil-qalba tal-maskra, mikrogrammi tal-papajja, dan jgħin biex tneħħi bil-mod iċ-ċelloli mejta.
Din il-maskra hija faċli ħafna biex tapplikaha, darbtejn fil-ġimgħa u ħalliha għal 5 minuti immassaġġja fl-aħħar nett biex tnaddaf il-pori u mbagħad laħlaħ sew.
Wara li nkunu neħħejna l-maskra importanti li nużaw Hydrating Water mist u Mattifying cream.
Jekk għandek xi mistoqsijiet li tixtieq tistaqsi, ibgħatilna email fuq info@skoperta.net

Maniġer tad-diviżjoni tas-sbuħija