Spiss nistaqsu jekk nistgħux nixtru pjanta li teħtieġ dawl minimu, li tissaqqa ftit, u li tista’ tgħin biex tnaddaf l-arja madwarna.

Magħrufa wkoll bħala Zanzibar Gem, il-pjanta ZZ, il-pjanta Zuzu u Emerald palm, hija perfetta għal dawk li mhumiex daqstant familjari mall-pjanti jew għal dawk li għandhom ħin limitat biex jieħdu ħsiebhom. Jekk int waħda minn dawn il-persuni li tgħix f’appartament b’dawl naturali jew purtieri magħluqa għal sigħat twal, din il-pjanta hija l-aħjar għażla għalik.

Iż-zamioculcas zamiifolia (isem botaniku). Faċli biex tieħu ħsieb, pjanta li tippurifika l-arja, li teħtieġ ftit ilma meta l-ħamrija tkun niexfa u tittollera n-nixfa. tiffjorixxi f’dawl moderat u indirett, iżda tmur tajjeb ukoll f’postijiet b’livelli baxxi ta’ dawl.

Minħabba li l-weraq tagħha huma skuri u jleqqu, it-trab fuqhom jidher iktar minn pjanti oħra. Aħna qatt ma nissuġġerixxu li jintużaw prodotti tal-leaf shine, sempliċement imsaħ il-weraq b’ċarruta kemmxejn niedja.

Meta niġu għall-fertilizzant peress li l-pjanta ma teħtieġx tisqija frekwenti, għandna nkunu attenti fuq l-ammont ta’ ikel tal-pjanti li nagħtu. Dejjem applika l-fertilizzant matul ir-rebbiegħa u s-sajf u biss meta l-ħamrija tkun niedja, dan jimpedixxi milli jinħarqu l-għeruq tagħha. Evita wkoll minn kwalunkwe fertilizzant li jiġi f’kuntatt mal-weraq. Ħallat it-taħlita skont l-istruzzjonijiet fuq it-tikketta li tixtri.

Fatti kurjużi dwar din il-pjanta tant sabiħa huma li tista’ tnaqqas l-istress u saħansitra tnaqqas il-pressjoni tad-demm tiegħek, iżzid il-livelli ta’ ossiġenu, toħloq atmosfera kalma u sens ta’ kumdità. Tnaqqas ukoll mard bħall-irjiħat billi tnqqas it-trab f’darek.

Il-pjanta hija velenuża għall-annimali domestiċi tagħna? Iva, sfortunatament il-pjanta zz hija kemmxejn tossika jekk b’xi mod igerrmu xi biċċa l-klieb u l-qtates. Attenti!

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks