Din is-sena Elbros, waħda mill-kumpaniji tal-kostruzzjoni f’Malta, ħarġu b’inizjattiva oriġinali.
Bħala kumpanija matul is-snin li għaddew, kienu jorganizzaw family day flimkien ma’ tournament tal-football sabiex permezz tal-attività jiġbru fondi li jmorru għall-Malta Community Chest Fund, iżda din is-sena minħabba ċ-ċirkostanzi li ninsabu fihom din l-attività ma kinitx possibli li ssir.
Minkejja dan bħala kumpanija xorta waħda xtaqu li jsibu mod kif jagħtu s-sehem tagħhom sabiex jgħinu din il-kawża tant ġusta. Għalhekk ħarġu b’din l-idea fejn qiegħdin jaħdmu siġar tal-Milied b’differenza.
Dawn is-siġar huma magħmulin minn l-azzar li normalment jintuża fil-kostruzzjoni, iżda bi ftit kreattività dan il-materjal ingħata dehra kompletament differenti.
Tistgħu tordnaw dawn is-siġar billi tidħlu fil-paġna tal-facebook ta’ Elbros Group kif ukoll minn fuq is-sit elettroniku.
https://www.facebook.com/ElbrosMalta/posts/2563711527260090
