Tgħid?

Tgħid insibha l-mogħdija
li twassal fejn idoqqu t-tokki ferrieħa?
Kieku nkun nista’ ntarraflek ħafna
inberred moħħi mill-ħsibijiet
u x-xewqat li jimirħu f’qalbi
Imma ħalqi xott. Idejja ibsin.
Forsi xi darba jinkiser is-seħer
U miegħu s-silenzju li ħakimni u rabatni
Qisni farfett imgerfex
Li ma jistax itir.

Ħsieb: Din hija l-karba tiegħi meta ħafna drabi nsib diffikulta biex nesprimi dak li nħoss jew li nkun għaddejja minnu.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks