Min ma jħobbx jiekol xi biċċa log taċ-ċikkulata? Imma taf kif bdiet din it-tradizzjoni?

Id-drawwa li jinħaraq il-Yule Log tmur lura sa minn qabel iż-żminijiet medjevali u oriġinarjament kienet tradizzjoni Nordika. Yule huwa l-isem tal-festivals antiki tas-Solstizju tax-Xitwa fl-Iskandinavja u partijiet oħra tat-Tramuntana tal-Ewropa, bħall-Ġermanja.

Il-Yule Log kien ikun siġra sħiħa, li tintgħażel bir-reqqa u tiddaħħal fid-dar b’ċerimonja kbira. L-akbar tarf taz-zokk jitqiegħed fil-fuklar tan-nar fil-waqt li l-bqija tas-siġra tibqa’ fil-kamra! Iz-zokk jinxtegħel mill-fdalijiet taz-zokk tas-sena ta’ qabel li kienu jkunu ħażnu bir-reqqa u jitimgħuhom bil-mod lin-nar matul it-tnax-il jum tal-Milied.

Illum il-ġurnata, ovvjament, ħafna nies għandhom l-arja kkundizzjonata fid-djar tagħhom u għalhekk m’hemmx bżonn li tinħaraq siġra!

F’Provence ġewwa Franza, hija tradizzjoni li l-familja kollha tgħin biex tnaqqax iz-zkuk jaħarqu ftit ftit kull lejl. Jekk jifdal xi biċċa zokk wara t-tnax-il lejl, dan jinżamm sikur fid-dar sal-Milied li jmiss biex jipproteġi kontra s-sajjetti!

Illum il-Yule Log taċ-ċikkulata jew ‘bûche de Noël’ hija deżerta popolari tal-Milied. Tradizzjonalment jittiekel fi Franza u l-Belġju. Huma jagħmluh bi sponge kejk u bil-krema bħal tip ta ‘swiss roll’, imżejjen minn barra biċ-ċikkulata u tiżjin ieħor xieraq għal Milied.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks