Għandek bżonn:
Għal-log:
250g lewż midħun (intrita pura)
4 mgħaref kawkaw
3 pakketti gallettini plain
4 qatriet essenza tal-vanilla
Bott ħalib magħqud condensed
200ml ħalib tal-bott evaporated
Għall-ġelu:
6 imgħaref kawkaw
6 imgħaref drinking chocolate
4 imgħaref icing sugar
Mgħarfa marġerina
4 mgħaref ħalib
Metodu:
Biex tagħmel il-log:
Poġġi l-gallettini fi skutella kbira u farrakhom f’biċċiet żgħar.
Żid l-intrita u l-kawkaw.
Imbagħad żid l-essenza tal-vanilla, il-ħalib il-magħqud u l-ħalib tal-bott.
Ħallat u għaġen b’idejk sakemm it-taħlita tgħaqad.
Poġġi t-taħlita fuq platt u ifforma b’idejk biex tikseb forma ta’ zokk ta’ siġra.
Kif tlesti l-forma, poġġiha fil-friġġ għal mill-inqas 15-il minuta.
Sadanittant, ipprepara l-ġelu:
Imla kazzola sa nofsha bl-ilma. Poġġiha fuq in-nar sakemm tagħli u ħalliha tibqa’ ttektek fuq nar baxx.
Poġġi l-ingredjenti kollha tal-ġelu fi skutella li tiflaħ għas-sħana.
Niżżel l-iskutella bil-mod fil-kazzola u ħawwad kontinwament sakemm l-ingredjenti kollha jkunu mdewba.
Iksi l-log bil-ġelu meta l-ġelu jkun għadu sħun.
Meta tkun ksejt il-log kollu, mexxi furketta fuq il-ġelu biex tagħmel marki bħal ta zokk ta’ siġra.
Żid kwalunkwe tiżjin ieħor li tixtieq u mbagħad żomm il-log fil-friġġ.

L-ikla t-tajba 🙂
Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar din ir-riċetta u oħrajn, ibgħatilna fuq info@skoperta.net

Kontributriċi