Savio Athletics Club se torganizza r-Round Malta Relay għada t-8 ta’ Diċembru 2020. Dan l-avveniment annwali jibda’ fis-7am minn ħdejn Savio College Dingli u jsegwi d-dawra madwar Malta, dawra ta’ 115-il kilometru. Ir-relay jintemm fl-istess post quddiem Savio College stess. Waqt din ir-Round Malta Relay se jkun hemm mill-inqas persuna waħda li tkun qed tiġri bil-‘baton‘.
Din l-inizjattiva bdiet fl-1995 mill-Fundatur ta’ Savio AC, Fr Clifton li baqgħet tiġi organizzata kull sena bħala mezz ta’ ġbir ta’ fondi għall-istess Savio Athletics Club. Mill-2010 din ir-Round Malta Relay bdiet titmexxa minn ex-studenti mgħejjunin minn gruppi fi ħdan is-Salesjani partikolarment is-Salesian Brigades.
Avvenimenti passati ta’ din l-istess inizzjattiva raw bosta għaqdiet volontarji oħra jibbenefikaw mid-donazzjonijiet li jinġabru minn din l-attività. Din is-sena Savio AC iddeċieda li jikkollabora ma’ Happy Parenting –Malta (for Happier Children) li se jiftħu Dar Christine bħala Shelter għall-missirijiet bi tfal li jkunu għaddejjin minn vjolenza domestika kawża ta’ Parental Alienation.

Donazzjonijiet jistgħu jintbagħtu fuq hawn:
https://www.savioac.org/round-malta-relay/
