Glen Vella, Pamela Bezzina u Angela Tirchett ingħaqdu sabiex flimkien joħolqu kanzunetta oriġinali bil-Malti għall-Milied 2020 – “Ersaq Qrib”. Permezz ta’ din is-silta, b’kompożizzjoni ta’ Pamela Bezzina u lirika ta’ Pamela Bezzina u Angela Tirchett, dawn il-kantanti jixtiequ jwasslu messaġġ ta’ tama matul dawn iż-żminijiet li għal xi wħud jafu jkunu aktar diffiċli mis-soltu, iħeġġu lil min jismagħha biex jirrifletti fuq x’inhu l-vera sens tal-Milied u jistiednuh biex jiftaħ qalbu għal Ġesù Bambin.
Il-kantanti jikkollaboraw regolarment f’diversi avvenimenti mużikali, biss din hija l-ewwel darba li qed iniedu kanzunetta oriġinali flimkien. Il-produzzjoni mużikali nħadmet ġewwa Wicked and Loud Studios filwaqt li l-vidjo mużikali ġie miġbud fi kwalità 4K minn Victor Abela, b’direzzjoni ta’ Chantal Fenech, ġewwa r-“Russian Chapel” li tinsab fil-ġonna ta’ San Anton.
