Mistoqsija li jkollna spiss hija; X’għandi nuża biex innaddaf wiċċi?

Importanti li nagħrfu l-bżonn ta’ kull wieħed u waħda minna.

Il-ġilda tagħna kif inhi

X’idejjaqna.

Il-problema.

Minn hemm tkun aktar faċli sabiex insibu dawk il-prodotti li huma adattati għalina.

1. CLEANSER: Dan huwa prodott li tajjeb nużawh filgħodu u filgħaxija. L-għażla tal-cleanser hija skont xi tħobb il-persuna. Tista’ tuża cleanser bit-tajjara, tista’ wkoll tuża cleanser li taħsel wiċċek bih. Micellar Water huwa komdu u effiċjenti. Jew inkella MILK OIL. Li tista’ tużah bit-tajjara u wara tlaħlaħ.

2. Wara li nkunu naddafna l-pori tajjeb li nużaw Tonic jew Hydrating Water Mist. Dan jerġa’ jagħlaq il-pori biex jelimina li jidħol ħmieġ u jkollna impuritajiet fil-ġilda tagħna.

3. Eye Cream. Dan huwa prodott importanti. Id-dawra tal-għajnejn hija fina ħafna u għalkemm għandna nieħdu ħsieb minn kmieni biex innaqqsu l-proċess ta’ linji rqaq, importanti li ma nixtrux prodott bl-addoġġ. Għandu jinxtara skont l-età u n-neċessità.

4. Day Cream: Dan huwa prodott li se jkun qed iservi ta’ protezzjoni fuq il-ġilda tagħna matul il-jum. Fis-suq hawn tipi diversi iżda dejjem immorru għall-bżonn u dak li nixtiequ li jkun ir-riżultat. Jaf ikolli bżonn krema matta għaliex għandi wiċċi żejtni. Jew inkella krema fluida għaliex irridha għal taħt il-foundation. Tista’ tuża wkoll preparazzjoni kontra t-tikmix. L-għażla hija vasta però tajjeb li dawn il prodotti nixtruhom mingħand min jista’ jigwidana tajjeb.

5. Night Cream. Din il-krema għandha valur importanti ferm, għaliex meta nkunu reqdin ikollna reġenerazzjoni taċ-ċelloli. Allura meta qed nużaw night cream. Dan qed jgħin sabiex iċ-ċelloli tagħna jkunu aktar b’saħħithom u meta nikbru jkollna ġilda ħafna aktar idratata u b’inqas effetti tal-età.

Punt importanti huwa SUNBLOCK. Għalkemm qiegħdin fi żmien xitwi tajjeb li ma ninsewx li jkollna ġranet fejn għalkemm ix-xemx ma tidhirx u ma tinħasx, tkun preżenti u jekk ikollna problemi ta’ pigmentation, dan ma jagħmilx tajjeb.

Aktar ‘il quddiem nitkellmu fuq l-użu ta’ Exfoliating Scrubs u trattamenti tal-pigmentation li jistgħu jintużaw id dar.

Jekk għandek xi mistoqsijiet li tixtieq tistaqsi, ibgħatilna fuq info@skoperta.net

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks