Select Page

Il-ġimgħa li għaddiet tkellimna dwar il-kunfidenza u kif in-nuqqas ta’ kunfidenza tista’ tħalli impatt fuq ħajjitna..Meta nħossuna abbandunati jew imwarrba, inħossu ukoll li d-dinja waqgħet fuqna, inħossuna li aħna għandna xi ħaġa ħażina jew li aħna għamilna xi ħaġa ħażina…

Ngħiduha kif inhi mhix faċli li niffaċċjaw telfa…

Jekk qed tħoss dawn l-emozzjonijiet negattivi, ftakar, m’intix waħdek..

Huwa normali li nsibu ruħna f’ konfużjoni, meta niġu mwarrba, iva, ħafna drabi nħossuna bħala ħajjitna waqfet, nieqfu noħolmu u allura taffettwa sew l-istima tagħna..

L-ewwel ma nagħmlu ħafna drabi huwa ukoll li nħallu l-ego tagħna jmexxina. Ikollna bżonn nirreaġixxu għal dak li jkun ġara billi nipproteġu ruħna u ntellgħu ħajt..

Però dan hu kollu l-kisi u noħolqu dan kollu biex ma nweġġgħux jew ma naċċettawx li pereżempju r-relazzjoni tagħna ma xi ħadd m’għadiex taħdem u li xi kultant aħjar naqbdu triq oħra milli nibqgħu hemm fejn aħna..

U meta niġu wiċċ imb’wiċċ mar-realtà ninħasdu.. ninfixlu..

Allura, kif nistgħu niffaċċjaw din il- fażi diffiċli?

L-ewwel fattur li jista’ jgħinna hu li naċċettaw l-emozzjonijiet tagħna ..

inutli indaħħlu rasna fir-ramel .. għax aktar se negħrqu..

iċ-ċans hu li se jkun hemm punt fejn it-tisbita tkun ikbar ..

jekk naħbu l-verità..

Trid iżżomm f’moħħok li meta tiġi mwarrab jew iddiżappuntat ikun ifisser li qed tgħix il-ħajja .. mingħajr ma tipprova mhux se jkun hemm suċċess u lanqas diżappunt! Id-diżappunt nnifsu jkun ifisser li inti ippruvajt tiċċaqlaq.. u qed tgħix mhux qed teżisti.. qed tipprova ssib dak li tixtieq..

Li tmaqdar lilek innifsek mhux se tasal.. irrealizza x’inhuma l-ħsibijiet negattivi u aħdem biex issib affermazzjonijiet li jgħinuk timxi ‘l quddiem..

Mhux kulħadd hu tal-istess fehma

Ma tistax tħalli definizzjoni ta’ persuna waħda tikkonvinċik, li inti mhux ta’ min tkun maħbub jew li inti mhux kapaċi..

Persuna jew grupp partikolari m’għandhomx jiddefinixxu inti min inti

Uża d-diżappunt biex titgħallem aktar dwarek innifsek.. xtarr it- tagħlima li offra dak id-diżappunt..

Din it-tagħlima tista’ tkun żerriegħa biex tkabbar il-fjuri..

Tiskanta kemm tista’ tikber.. Jekk temmen..

F’idejk ..

Jekk għandek xi suġġett partikolari li tixtieq li nitkellmu dwaru, ibgħatilna fuq info@skoperta.net

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks