Alphelandra Donia magħrufa wkoll bħala l-pjanta taż-żebra. Din il-pjanta trid tinżamm f’dawl qawwi u ffiltrat, iżda mhux dawl tax-xemx dirett u l-ħamrija tagħha konsistentement niedja.

Il-pjanti taż-żebra jħobbu umdità kemmxejn ogħla minn ħafna pjanti oħra, Jista’ jkollok bżonn tgħolli l-livelli ta’ umdità f’kamra artifiċjalment billi tpoġġi l-pjanta fi trej ta’ umdità biċ-ċagħaq jew tuża apparat umidifikatur. Livelli baxxi ta’ umdità f’kamra msaħħna artifiċjalment matul ix-xitwa mhux sejrin jagħmlu l-pjanta taż-żebra kuntenta ħafna.

Fertilizzant bilanċjat darba kull ġimgħatejn matul ir-rebbiegħa u s-sajf.

Meta l-fjuri jibdew imutu neħħihom. Aqta’ wkoll iz-zokk u l-weraq ‘l isfel biex b’hekk ikun fadal biss żewġ ringieli ta’ weraq fl-għoli. Dan jista’ jgħin biex il-pjanta ma ssirx leggy u titlef il-weraq, li ħafna minnhom jagħmlu waqt li jagħtu lill-pjanta l-opportunità li tikber is-sena ta’ wara.

Il-kawża ta’ meta jaqgħu l-weraq tista’ tkun nixfa tal-ħamrija, arja kiesħa wisq jew saħansitra wisq dawl tax-xemx. Il-parir tiegħi hu li telimina wħud mill-kawżi possibbli li ma jistgħux ikunu l-kawża (eż. Fix-xitwa – il-possibilità hi li l-kawża mhijiex se tkun id-dawl tax-xemx) u aġġusta l-kundizzjonijiet biex tikkoreġi l-kawżi possibbli.

Il-kawża ta’ meta l-ponot tal-weraq isiru kannella probabbli hawnhekk hija umdità baxxa. L-ewwel, ipprova xarrab ftit il-weraq, u jekk din ma tagħmilx differenza imbagħad ipprova żid l-umdità kif imsemmi hawn fuq.

Din il-pjanta mhijiex tossika għall-klieb u qtates.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks