MORE THAN THIS hija single ġdida ta’ Marija Djinovic, tifla ta’ 11-il sena li għandha passjoni għall-kant. Fuq kitba ta’ Rita Pace u mużika ta’ Marco Debono, din is-silta ġġiegħelna nirriflettu fuq dak li jfisser tassew il-Milied. Qalb l-istorbju ta’ min jiċċelebra, l-ikel, ix-xiri, it-tgawdija, ir-rigali u l-materjaliżmu, kultant ninsew dak li hu tassew importanti f’dan l-istaġun: il-familja, il-ġenerożita’, il-ħin mal-maħbubin u l-għaqda.

Ninsew ukoll kemm hawn min tant intlaqgħet ħażin mill-pandemija li ma jistax joffri lill-familja dawk il-kapriċċi u r-rigali li jiswew il-flus, u forsi wkoll neqsin minn dak li aħna nieħduh for granted. Issa waqt il-pandemija, nistgħu niskopru dik is-sempliċità li tista’ tgħaqqadna flok il-ġiri li jaljenana, u anki l-ħeġġa li nuru solidarjetà ma’ ħaddieħor u naqsmu xi ftit milli għandna ma’ min hu inqas ixxurtjat. J’Alla din il-kanzunetta tispirana ħalli nħossu aħna wkoll li hemm xi ħaġa iżjed minn dak li hu materjali, il-ferħ li li jista’ jinsab biss fil-qalb.

Il-filming tal-vidjow mużikali kien f’idejn Luke Borg.

It-tim jinsabu ħerqana biex iwasslu messaġġ pożittiv għal dan il-Milied filwaqt li jawguraw il-festi t-tajba lil kulħadd.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks