“Grazzi talli stennejt” qalli Gabriel hekk kif ftaħt il-bieb ta’ barra. F’idejh kellu l-girlanda tal-Milied li kont ordnajt f’Novembru. Xogħol mill-isbaħ mirqum b’imħabba kif artist jaf joħloq imma għajnejja minnufih waqgħu fuq persuntu.

Kien tilef il-piż. Ħafna piż. L-inkwiet jieklok, inixxfek. “Ma niflaħx nibki aktar” karab Gabriel “dan il-virus se jeħodli l-imħabba ta’ ħajti.”

Xtaqt ngħannqu, inwennsu imma ma stajtx. “Inżommkom fit-talb tiegħi” wegħdtu. “Dal-lejl kien gravi” tenna Gabriel “ma fadalx tama.

Ftit ġranet ilu meta ċempiltlu l-isptar xtaq ikun jaf żejjintx id-dar. Il-miġja ta’ Ġesù Bambin wisq għal qalbu.”

“M’inhix ġej lura d-dar Gabriel.”

“ Tgħidx hekk nann.”

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks