Imbewwes b’raġġ ta’ xemx
F’għodwa mbissma
Minn dawl imżerżaq
Fuq friegħi mkemmxa
Biż-żmien.
Dawran idur imdawwar
Diwi minn l-ibgħad żminijiet
Ta’ ħajja li tissawwar u tiġġedded
Minquxa fuq il-ħaġar
Tat-tempji megalitiċi
Garigori madwarna
Kullimkien
DNA
Fjuri galassi
Kulturi allat
U l-garigori ta’ moħħna
Ħsibijiet
Imxella waħda wara l-oħra
Ġo xulxin imsensla
Imberfla
Ikkumenta

Għalliema