L-Eggnog hi xarba tradizzjonali magħmula l-aktar waqt żmien il-festi tal-Milied. Din ix-xarba oriġinat fil-Gran Brittanja u ilha tissemma fl-istorja sa mill-1693!
Għandek bżonn: (Għal erba’ tazzi)
Kikkra u nofs ħalib
Nofs kikkra krema friska
Kuċċarina trab tal-kannella
Kuċċarina essenza tal-vanilla
Kuċċarina noċemuskata
1/3 kikkra zokkor
Nofs kikkra dark rum
Żewġ isfra tal-bajd
Żewġ abjad tal-bajd (warrabhom fil-friġġ)
Nota: Huwa importanti li l-bajd ikun ta’ kwalità tajba u frisk kemm jista’ jkun.
Metodu:
Ġo kazzola fuq nar baxx, żid il-ħalib, il-krema friska, l-essenza tal-vanilla u n-noċemuskata.
Ħawwad kontinwament u kif jibda jagħli neħħih minn fuq in-nar.
Fi skutella kbira, ħabbat l-isfra tal-bajd sakemm jiffurmaw qishom żigarelli.
Żid it-taħlita tal-ħalib sħun fuq l-isfra tal-bajd sakemm it-taħlita tkun smooth.
Żid ir-rum, ħawwad sew u żomm din it-taħlita mgħottija fil-friġġ għal bejn sitta u tmin sigħat.
Qabel ma sservi, ħabbat l-abjad tal-bajd sakemm tifforma quċċati (peaks).
Żid bil-mod il-mod ġol-iskutella tat-taħlita tal-ħalib u ħawwadhom sew.
Servi kull tazza mżejna bin-noċemuskata.
Ix-xarba t-tajba 🙂
Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar din ir-riċetta u oħrajn, ibgħatilna fuq info@skoperta.net

Kontributriċi