Illum se nitkellmu fuq żewġ prodotti importanti u li għandna nużaw idealment darba f’ġimgħa.
- EXFOLIATING SCRUB
Dan il-prodott huwa biex innaddfu l-wiċċ aktar sew u nżommu l-ġilda tagħna preparata għall-prodotti li nużaw ta’ kuljum. Il-Facial Scrub għandha l-konsistenza tagħha naqra mramla għaliex xogħolha hu li tnaddaf il-pori sew min dak kollu li jaffetwana fil-ħajja ta’ kuljum.
Kif nużawh;
Wara li nkunu naddafna wiċċna bil-cleanser se napplikaw il-FACIAL SCRUB billi tagħmel ftit fuq idejk u tapplika fuq il-wiċċ b’messaġġi ċirkulari, dejjem evita l-parti tal-għajnejn. Ħalliha għal ftit sekondi u wara li tkun laħlaħt tajjeb ixxotta wiċċek bil-mod. Jekk għandek ġilda żejtnija din il-Facial Scrub tintuża darbtejn f’gimgħa iżda jekk wiċċek xott darba fil-ġimgħa.
- FACIAL MASK; Fuq il-maskri tkellimna kemm-il darba però qatt mhu biżżejjed għall-fatt li nistgħu nużaw maskri spiss u anke għal kul tip ta’ problema li għandna fuq il-ġilda tagħna.
Meta nużaw Facial Scrub u wara napplikaw il-maskra, l-effett se jkun ħafna aħjar għaliex peress li jkollna l pori ndaf il-maskra tippenetra u taħdem ahjar.
Maskri hemm ħafna minn fejn tagħżel però dejjem iridu jkunu tajbin għat-tip ta’ ġilda tagħna.
Eżempju; jekk għandi ġilda xotta l-maskra trid tkun biex tgħini nżomm il-ġilda idratata kif suppost.
Jekk il-ġilda tiegħi żejtnija l-maskra trid tkun dik li ngħidulha Purifying sabiex tneħħili kemm ponot kif ukoll tikontrolla ż-żejt żejjed ġol-wiċċ.
Maskra li tintuża ħafna hija dik li tiġġieled is-sinjali tal-età…pereżempju tikmix, sinjali evidenti li jdejqu lill-persuna. Din tista’ tintuża aktar frekwenti minn kull tip ta’ maskra oħra.
Waħda mill-maskri li daħlu sew fis-suq hija dik li nsibuha bħala SLEEP MASK . Din it-tip ta’ maskra tintuża bil-lejl waqt li nkunu reqdin għaliex dak huwa l-ħin li l-ġilda tagħna tiġġenera mill-ġdid u b’hekk ikollna effett ta’ dehra radjanti u aktar żagħżugħa.
Wara dan il-proċess tajjeb li ngħidu li bil-Facial Scrub u bil-Mask aħna ftaħna l-pori u importanti li nerġgħu nagħlquhom biex nevitaw li jidħol tip ta’ ħmieġ li jkun hawn fl-arja. Dan nagħmluh billi nużaw Tonic jew prodott aktar modern li huwa HYDRATING WATER MIST. Dan il-prodott huwa komdu ferm u tista’ tużah matul il-ġurnata biex iżżomm il-ġilda dejjem friska u idratata.


Maniġer tad-diviżjoni tas-sbuħija