Select Page

Il-ġimgħa l-oħra tkellimna dwar kif nista’ nbiddel il- perspettiva tiegħi meta niffaċċja diżappunt. Tajjeb li ngħidu wkoll li meta jkun wasal il-Milied u nkunu iffaċċjajna diżappunt, kultant ikun aktar diffiċli biex nieħdu perspettiva pożittiva dwaru..

Normali li nħossuna hekk..

Allura għaliex inħossuna hekk?

Dan għaliex is-soċjetà bħal tpoġġi pressjoni fuqna, li qisu rridu nkunu kuntenti jew bil-fors ferħanin f’dan iż-żmien! Din il-pressjoni tista’ tpoġġi fuqna negattività fuq is-saħħa mentali tagħna jekk ma nirrealizzawx ….Ir-realtà hija xorta oħra, il-ħajja mhijiex biss ward u zahar u xi kultant niffaċċjaw ix-xewk ukoll. M’hemmx xahar partikolari fejn nistgħu nevitaw esperjenzi diffiċli

Allura kif nistgħu niffaċċjaw esperjenzi diffiċli f’dawn iż-żminijiet?

Ma nistgħux nikkumparaw lilna nfusna ma’ ħaddieħor .. Jekk se nikkumparaw ruħna ċ-ċans hu li jaffettwa kif inħossuna dwarna nfusna

Jekk li nippruvaw inkunu bħal xi ħaddieħor jgħinna nimmotivaw ruħna biex nimxu ‘l quddiem din hija xi ħaġa pożittiva, iżda jekk nikkumparaw ruħna u nħossuna ħażin u li naqtgħu qalbna li mhux se naslu, allura jkun aħjar li ma nikkumparaw ruħna xejn…

Jekk qed inħossuna ħażin, tajjeb li noqogħdu ‘l bogħod mill-midja soċjali.. Ħafna jtellgħu ritratti pożittivi biss u għalkemm jista’ jkun li jkun hemm min ikun għaddej minn perjodi kuntenti, però xi kultant dak li naraw fuq il-midja soċjali mhux dejjem hi r-realtà kollha..

Jista’ jkun li nqattgħu ħin aktar mal-familja jew nies li huma viċin tagħna. Xi wħud ma jmorrux tajjeb mal-familjari u allura li jkollna niltaqgħu magħhom jista’ jpoġġi stress żejjed fuqna. Tajjeb li nippreparaw ruħna jekk nafu li hemm ċerti problemi b’hekk nistgħu nevitaw li nkunu iddiżappuntati jew li jinqala’ l-inkwiet..

Hemm uħud li forsi ma jistgħux ikunu mal-familja u f’dan iż-żmien tas-sena jistgħu jħossuwhom iżolati… li tfittex li tingħaqad u ssib sens ta’ komunità bħal pereżempju tagħmel xogħol ta’ volontarjat jista’ jgħinek tħossok aħjar..

Jekk mhux qed tħossok f’postok u ma tixtieqx tiċċelebra tista’ dejjem tagħżel li tgħid le .. hija realtà li mhux kulħadd qiegħed f’pożizzjoni li jiċċelebra .. anke inti tista’ tkun qed tħossok hekk.. ma jimpurtax..

Ippjana ftit ġranet fejn tista’ tieħu n-nifs u tistrieħ ftit u taqta’ mir-rutina… Jekk ma tistax tagħmel ġranet imqar ġurnata waħda biss.. ippjana bil-quddiem x’se tagħmel ħalli jkollok għan li jgħinek tħossok aħjar..

Il-fatt li tkun maħkum minn emozzjonijiet negattivi jista’ jagħti lok li tesaġera fl-ikel u anke fl-użu tal-alkoħol. Dan tal-aħħar jista’ jinterferixxi ma’ xi mediċina li tkun qed tieħu u b’ hekk l-emozzjonijiet negattivi jista’ jkun li tħosshom aktar..

Jekk jirnexxielek issib ħin biex tagħmel xi eżer¢izzju ċ-ċans hu li tħossok aħjar psikoloġikament. Ir-riċerka tikkonferma dan.

Għal dawk li forsi għandhom xi familjari jew ħbieb li għaddejjin minn żminijiet diffiċli u jsibuha diffiċli kif se jikkomunikaw magħhom..

Dawn huma xi frażijiet li jistgħu jgħinu …

“Jekk trid ċempilli u niltaqgħu waħda fil-vaganzi..”

“Naf li f’dan iż-żmien kulħadd jidher ferħan, però miegħi tista’ tkun int u taqsam li qed tħoss..”

“Jekk trid ejja ltaqa’ magħna u x’ ħin tħossok imdejjaq tista’ tmur bil-mod.. aħna hawn għalik dejjem..”

Frażi sempliċi iżda effettiva hija: “Inti kif inti? Meta tkun trid titkellem jien hawn..”

Li dak li jkun jinduna li hemm min qed jaħseb fih tagħmel differenza kbira..

Nawguralkom paċi, saħħa u ħafna mħabba..

Tislijiet

Jekk għandek xi suġġett partikolari li tixtieq li nitkellmu dwaru, ibgħatilna fuq info@skoperta.net

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks