Għandek bżonn:
12-il slice ħobż tal-franċiż
Butir
Daqs tlett imgħaref sultana
25g castor sugar
Żewġ bajdiet
500ml ħalib
Żewġ kuċċarini kannella
Kuċċarina noċemuskata
Kuċċarina essenza tal-vanilla
Metodu:
Ipprepara dixx tal-forn midluk bil butir.
Aqta’ u neħħi l-qoxra mill-ħobż. Aqta’ kull biċċa hobż f’erba’ trijangoli u dellikom bi ftit butir min-naħa waħda. Irranga nofs il-ħobż ġod-dixx bin-naħa li fiha l-butir wiċċa ‘l fuq. Roxx il-wiċċ b’nofs is-sultana u l-kannella.
Erġa’ irrepeti dan il-pass biex b’hekk ikollok żewġ saffi ħobż.
Ġo skutella ħabbat flimkien il-bajd, iz-zokkor u l-essenza tal vanilla.
Saħħan ftit il-ħalib ġo kazzola jew fil microwave, però tħallihx jibda jgħali.
Kif jisħon ftit, ferra l-ħalib ġol-iskutella mal-bajd, zokkor u vanilla. Ħawwadhom sew u ferra din it-taħlita kollha fuq il-ħobż fid-dixx. Roxx in-noċemuskata fil-wiċċ u ħallih joqgħod għal nofs siegħa biex il-ħobż ikun ixxarrab sew.
Imbagħad aħmiha fil-forn għal madwar 30 minuta, sakemm tara l-wiċċ jiħmar ftit.
Serviha ma’ kustard sħuna.

L-ikla t-tajba 🙂
Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar din ir-riċetta u oħrajn, ibgħatilna fuq info@skoperta.net