Għandek bżonn: (għal 12-il truffle)

100g goat cheese
100g Mascarpone
Nofs kuċċarina tewm imqatta’ rqiq ħafna
Nofs kuċċarina żejt taż-żebbuġa
Nofs kuċċarina ħall balsamiku
Kwart ta’ kuċċarina qoxra tal-lumi mqatta’ rqiqa
Żewġ imgħaref perżut tal koxxa mqatta’ rqiq
Żewġ imgħaref tin imqatta’
Mgħarfa tursin imqatta’
Niskata bżar
Żewġ imgħaref Parmeggiano maħkuk.

Għall-kisi:
Erba’ imgħaref lewż imqatta’

Metodu:

Il-metodu huwa sempliċement li tħallat sewwa l-ingredjenti kollha ħlief il-lewż fi skutella kbira.

Imbagħad poġġi l-lewż fuq platt ċatt.

Ifforma t-taħlita tal-ġobon fi 12-il ballun u għaddi kull wieħed mil-lewż sakemm ikun kompletament miksi.

Żomm it-truffles mgħottijin bi clingfilm fil-friġġ sakemm isservi.
Tista’ wkoll tlestihom minn ġurnata qabel.

L-ikla t-tajba 🙂

Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar din ir-riċetta u oħrajn, ibgħatilna fuq info@skoperta.net

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks