Qed tbati minn ħafna ħakk fil qurriegħa?
Għandek aktar u aktar qxur tal-brija f’xagħrek, fuq il-ħwejjeġ tiegħek.
L-ilbies iswed sar l-akbar biża’ tiegħek!
Trid taġixxi malajr biex teħles mill-brija!!
Il-brija, huma biċċiet żgħar tal-ġilda, li jinsabu fuq il-qurriegħa. Jekk dawn il-biċċiet jaqgħu, huwa minħabba fungus li huwa 100% naturali u preżenti fuq il-qurriegħa kollha. B’Hekk tifforma l-brija u s-sintomi assoċjati kollha tagħha li huma: ħakk, ħmura, irritazzjoni, ġilda xotta. M’għandekx tħawwad il-brija dermatite, li taffettwa diversi oqsma tal-ġisem fi kwalunkwe età, ma’ psoriasis jew ekżema. Għalhekk dejjem tajjeb li tieħu parir mingħand tabib .
Jekk tbati mill-brija, jista’ jkun li ndunajt li l-attakki tal-brija jibdew fi żmien partikolari f’ħajtek;
○ F’ambjent li jkun niexef wisq jew kiesaħ wisq, li jinxef u jiżbilanċja l-qurriegħa tiegħek.
○ Wara l-użu ta’ prodotti tax-xagħar irritanti li huma aggressivi wisq għall-qurriegħa tiegħek f’każ ta’ stress u nutrizzjon ħażin.
○ Meta tilbes wisq kpiepel jew brieret.
○ Jekk il-qurriegħa tiegħek tipproduċi wisq żejt.
L-aktar ħaġa importanti hija li tagħżel trattamenti li jirrispondu b’mod effettiv għall-problema. Jeħtieġ li jkunu anti-mikrobjali, biex jiġġieldu kontra l-fungus, anti-infjammatorji biex itaffu u jnaqqsu l-irritazzjoni u sabiex ma jkollniex aktar brija, irridu niżguraw li fl-istess ħin, nipproteġu u nippreservaw il-barriera tal-ġilda. Jekk qed tfittex is-soluzzjoni l-ġdida kontra l-brija, Phyto għal darb’oħra għandha t-tweġiba.
Fażi 1: Phytosquam intense:
Dan huwa trattament li ġie żviluppat biex jelimina l-problema tal-brija, u jnaqqas mill-ewwel il-ħakk! Dan kollu, mingħajr ma ninsew is-sbuħija tax-xagħar. Fil-qalba tal-formulazzjoni ta’ dan il-prodott hemm kumpless ta’ pjanti uniċi bħal: Bżar Iswed u Injam tal-Gujana. Biex tnaddaf u ttaffi l-qurriegħa tiegħek mill-ħakk u irritazjoni. Dan il-prodott huwa trattament ta’ ġimgħatejn, jiġi applikat fuq il-qurriegħa niexfa. Tista’ mbagħad timmassaġġja bil-mod, ħallih għal 10 minuti. Imbagħad, laħlaħ sewwa!

Fażi 2: Il-kura tat-tindif u-manutenzjoni:
Jekk il-qurriegħa tiegħek hija suxxettibbli għall-brija, inti għandek tkun taf li tista’ terġa’ titfaċċa fi kwalunkwe ħin jekk ma tittrattx kontinwament. Phyto għal darb’oħra għandhom it-tweġiba: wara t-trattament intensiv ta’ ġimgħatejn, tista’ testendi l-effettività ta’ Phytosquam Intense b’shampoo li jikkorrispondi man-natura tal-qurriegħa tiegħek. Pjuttost żejtnija? Agħżel Squam shampoo għal xagħar żejtni dan xorta se jgħin biex jelimina il-brija. Qurriegħa niexfa? Agħżel Phyto Squam Shampoo għal qurriegħa xotta: Dan se jibbilanċja mill-ġdid il-ġilda tiegħek u b’hekk ma jħallix li l-brija tirritorna!
Idħlu fil-paġna tagħna ta’ facebook:
Jekk għandek xi mistoqsijiet ibgħatilna fuq info@skoperta.net

Maniġer tad-diviżjoni tas-sbuħija