Il-gimgħa li għaddiet tkellimna dwar kif niffaċċjaw sitwazzjoni diffiċli speċjalment fi żmien il – Milied, realtà li ħafna minna ngħaddu minnha xi darba jew oħra..

Hekk hu …. xi darba jew oħra .. għax kulħadd fil-ħajja xi kultant jirbaħ u xi kultant jitlef..

Sabiħ li napprezzaw meta nirbħu għaliex mhux dejjem se nirbħu..

…u dan l-istess ħsieb li nżommu f’moħħna li mhux dejjem se nirbħu jgħinna nkunu aktar kuntenti ..

Ħafna drabi nesperjenzaw biża’ kbira kull meta jkollna niffaċċjaw bidla ..

Tista’ tkun relatata max-xogħol, ma’ relazzjoni.. jew saħansitra l-mewt

Għaliex insibuha diffiċli?

Ħafna drabi nemmnu li qishom ċerti affarijiet, jew sitwazzjonijiet se jibqgħu magħna għal dejjem..

Li kieku aħna ngħixu bit-tir li ngawdu l- mument u li nieħdu gost kemm nistgħu f’dak il- mument għax jista’ jkun li nitilfu dan iċ-ċans.. l-esperjenza tagħna tkun waħda aktar intensa u b’saħħitha..

Meta sirt naf li missieri għandu marda terminali ħassejt li d-dinja waqgħet fuqi..

Iżda din kienet ġurnata importanti ħafna għalija għax bidlitli li l-viżjoni tiegħi lejn il-ħajja ..

Irrealizzajt li ma tantx għad għandi żmien xi ngawdih, din kienet importanti għalija u għenitni nsir close aktar tiegħu .. bdejt ngħix il- mument u napprezza kull ikla li mmorru flimkien, kull ċajta li ngħidu..

Meta erba’ snin wara missieri ħalliena kont imnikkta iżda kont ferħana li f’ dawk l-erba’ snin kelli mumenti imprezzabli u speċjali ma’ missieri…. dan imlieni bil-kuraġġ biex niffaċċja t-telfa tiegħu… filwaqt li biddili l-mod ta’ kif inħares lejn il-ħajja..

Primarjament li anke naċċetta li anke jien mhux se nkun hawn għal dejjem… allura rrid inkun jien li nibdel il- perspettiva tiegħi fuq diżappunti differenti.. li nagħżel dak li jaffetwani u dak li nwarrab ..

Kien hawn li realizzajt li rrid niffoka biex naħdem fuqi nnifsi…

Iva hekk hu, li niffoka fuqi innifsi …

u naċċetta l-frażijiet li ġejjin..

Mhux kulħadd se japprezzak

Mhux kulħadd se juri empatija miegħek

Mhux kulħadd se jaċċetta dak li int

Mhux kulħadd se jibqa’ miegħek

Mhux kulħadd se jkun hemm għalik..

Imma li hu żgur hu li inti se tkun hemm għalik innifsek..

se ssib il-clan tiegħek.. mhemmx għalfejn ikunu ħafna nies..

Dawn se jifhmuk, japprezzawk u se jkunu miegħek..

Biss trid tibda minnek innifsek..

L-ewwel pass qatt mhu faċli..

Iżda l-ewwel pass huwa kruċjali biex tibda t-triq..

Kuraġġ

Dan il-Milied huwa Milied speċjali.

Agħti rigal lilek innifsek u iffoka..

Fuq li tieħu ħsieb saħħtek..

Li ssib ħin biex tistrieħ u tagħmel l-affarijiet li tħobb..

Li tiffoka biex tagħti u tħobb aktar..

Li ssib ħin li tqatta’ ma’ nies li jgħinuk tħossok tajjeb,

Li tirrealizza li mhijiex worth it li tirbaħ kull battalja, allura b’hekk tista’ tesperjenza l-paċi,

Li huwa ok li l-ħajja tagħna mhijiex perfetta jew li mhux kollox ġie kif ippjanajt..

Hekk biss tista’ tikseb il-kuntentizza.. li jixraqlek..

U ftakar li kulħadd jixraqlu li jkun kuntent..

Tislijiet.

Jekk għandek xi suġġett partikolari li tixtieq li nitkellmu dwaru, ibgħatilna fuq info@skoperta.net

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks