Minkejja li din il-kanzunetta li hi sinonima ma’ L-Istrina, ilha li ħarġet mill-1995, il-kliem tagħha baqgħu validi sal-lum il-ġurnata, b’mod partikolari din is-sena.

Din is-sena, minħabba ċ-ċirkostanzi li qed ngħixu, bosta kantanti ngħaqdu flimkien biex jinterpretaw din il-kanzunetta b’mod differenti mis-soltu.

Nistgħu ngħidu li ninsabu ftit sigħat ‘il bogħod minn dik il-ġurnata li fiha jkollna opportunità li bil-ftit tagħna nagħmlu differenza lil min tant għandu bżonn.

Il-pandemija affettwat lil kulħadd b’xi mod jew ieħor, fosthom lil dawk li huma aktar fil-bżonn minn oħrajn. Anzi, proprju minħabba l-pandemija, il-bżonnijiet żdiedu u kibru.

L-Istrina, l-għada tal-Milied, il-ġurnata li fiha int tista’ tagħmel differenza!

Flimkien b’Solidarjetà (2020)

Kliem: Joe Saliba

Mużika: Vince Fabri

Arranġament: Elton Zarb

Produzzjoni: WickedandLoud

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks