Kont taf li….
Għal 13-il sena, bejn l-1647 u l-1660, il-Milied ġie pprojbit fir-Renju Unit minn Cromwell wara l-Gwerra Ċivili Ingliża.
Il-kuluri tal-libsa ta’ Santa Klaws kienu jvarjaw ħafna, fosthom blu, aħdar, abjad u aħmar. Il-libsa ħamra kif nafuha llum ġiet introdotta fil-kampanja ta’ riklam li kellha l-Coca-Cola fis-snin 30.
L-ewwel ‘Christmas crackers’ saru f’Londra fl-1847 minn Tom Smith.
Franklin Pierce, l-14-il president tal-Istati Uniti, kien l-ewwel wieħed li poġġa siġra tal-Milied fil-White House fl-1856. Filwaqt li fl-1901, il-president Roosevelt ipprojbixxa s-siġar tal-Milied fil-White House.
Il-kanzunetta favorita ta’ ħafna nies ‘Jingle Bells’ miktuba fl-1857 kienet attwalment miktuba għal thanksgiving u kienu jirreferu għaliha bħala ‘on horse open sleigh’. Kienet ukoll l-ewwel kanzunetta kantatha fil-15 ta’ Diċembru mill-astronawti Tom Stafford u Wally Shirland waqt li kienu fl-ispazju.
Fl-1942 Irving Berlin kiteb il-kanzunetta ‘White Christmas’. Il-verżjoni ta’ The Bing Crosby inbiegħet ‘il fuq minn 100 miljun kopja mad-dinja kollha, u b’hekk saret l-aktar kanzunetta tal-Milied bl-aħjar bejgħ ta’ kull żmien.
Fis-snin 50 il-mexxejja tal-knisja f’Boston ippruvaw jipprojbixxu l-kanzunetta ‘I Saw Mummy Kissing Santa Claus’ għax skonthom minbarra li din il-kanzunetta kienet tippromwovi l-intimità fiżika, kienet qed tħallat il-kunċett tal-intimità fiżika mal-kunċett pur tal-Milied. Jimmy Boyd kellu biss 13-il sena meta irrekordja din il-kanzunetta li saret tant popolari. Minħabba din il-kontroversja, huwa kellu jittieħed Boston, fejn irnexxielu jikkonvinċihom bl-intenzjonijiet puri tal-kanzunetta.
Id-diskors tal-Milied tar-Reġina xxandar għall-ewwel darba fl-1957.
Il-Beatles laħqu l-quċċata tal-klassifiki bil-kanzunetti tal-Milied tagħhom fl-1963, 65 u 67, li tawhom ukoll ir-rekord tal-aktar kanzunetti tal-Milied popolari u li kienu fl-ewwel post tal-klassifiki.
Edward Johnson ivvinta l-ewwel dwal elettriċi tas-siġar fl-1882. Sas-seklu 20 kien komuni li s-siġar tal-Milied jinxtegħlu bix-xemgħat, xi ħaġa li kienet ferm perikoluża.
Kull pajjiż għandu t-tradizzjonijiet tal-Milied uniċi tiegħu stess, u l-Iżvezja mhix eċċezzjoni! Hija tradizzjoni li f’lejlet il-Milied jaraw il-karikaturi ta’ Donald Duck. Kull sena mill-1959, l-istazzjon ewlieni tal-Iżvezja jwassal xandira speċjali ta’ siegħa bit-tema tal-Milied li tinkludi klipps qosra minn diversi karikaturi ta’ Disney maħruġa bejn is-snin 30 u s-60. Maż-żmien din it-tradizzjoni evolviet sal-punt li ħafna familji Żvediżi jwaqqfu dak kollu li jkunu qed jagħmlu biex joqogħdu bilqiegħda u jaraw l-istess karikaturi kull sena.
Il-pudina tal-Milied kienet inizjalment soppa magħmula bi żbib u nbid.
Il-candy canes fil-Milied oriġinaw madwar 250 sena ilu fil-Ġermanja bħala stikek bojod dritti.
Oriġinarjament il-mince pies kienu fil-fatt mimlija bil-laħam u kienu ovali biex jirrapreżentaw il-maxtura ta’ Ġesù Bambin.
L-għanja tal-Milied ‘Silent Night’ oriġinat fl-Awstrija. Illum insibu li hemm kważi 750 verżjoni differenti ta’ din l-għanja!
Fil-biċċa l-kbira tal-partijiet tal-Awstrija, il-Ġermanja, il-Polonja u l-Isvizzera, ir-rigali jingħataw u jinfetħu fil-lejl ta’ lejlet il-Milied aktar milli f’Jum il-Milied.
