Ftit aktar minn siegħa ilu, bdiet l-Istrina. Is-sinifikat tal-Istrina huwa dak ta’ għaqda u solidarjetà, fost il-poplu Malti u Għawdxi kollu.
Wieħed jista’ jgħid li aħna bħala ċittadini għandna dover li ta’ kull sena nkunu parti mill-Istrina, u għalkemm kull wieħed u waħda minna nistgħu niġu bżonn l-għajnuna iżda dik mhijiex ir-raġuni ewlenija li wieħed għandu jgħin.
Għandna nagħtu s-sehem tagħna u ngħinu mill-ftit li nistgħu għaliex madwarna hawn persuni li qiegħdin ibatu aktar minna, ħafna drabi fis-silenzju wkoll u jiddependu mill-għajnuna tagħna.
Din is-sena hija edizzjoni speċjali għaliex mhux biss timmarka l-25 edizzjoni ta’ L-Istrina, iżda wkoll għaliex din is-sena kienet waħda diffiċli għal kulħadd u għaldaqstant l-isfidi u l-bżonnijiet ta’ min hu aktar fil-bżonn kibru u żdiedu.
Il-kura ta’ diversi persuni tiddependi mis-sehem li se nagħtu illum.
Bil-ftit tiegħek tista’ tagħmel differenza kbira fil-ħajja ta’ ħafna individwi.
Li tagħti tama ta’ ġejjieni aħjar lil min hu għaddej minn mumenti diffiċli huwa wieħed mill-isbaħ rigali li qatt tista’ tagħti filwaqt li l-paċi u s-sodisfazzjon li tirċievi lura huma rigali mill-isbaħ li tirċievi lura int.
Agħti d-donazzjoni tiegħek permezz ta’ dawn in-numri:
Ċempel:
€50 – 51902030
€25 – 51802012
SMS:
€11.65 – 50619201
BOV Banking:
79359565
Pledge:
21262626
L-Istrina qed tixxandar fuq l-istazzjonijiet lokali kollha.
Tista’ wkoll issegwi xandira diretta online minn hawn:
Flimkien b’solidarjetà, iktar minn qatt qabel!
