Minkejja l-isfidi kollha li l-poplu Malti u Għawdxi kellu jiffaċċja f’din is-sena, ilbieraħ ta sehmu, iktar minn qatt qabel f’din il-kawża ġusta.
Sa nofsilejl kienu nġabru ‘l fuq minn 6.5 miljun ewro.
Il-President George Vella esprima l-gratitudni tiegħu lejn dawk kollha li taw kontribut biex l-Istrina 2020 tikseb tant suċċess.
Aktar kmieni fil-bidu tal-maratona, huwa appella biex L-Istrina tibda tissejjaħ Jum l-għaqda Nazzjonali, għaliex huwa l-jum fejn il-poplu Malti u Għawdxi juri kemm hu kapaċi jkun b’saħħtu meta jingħaqad, ‘il bogħod mid-differenzi kollha.
Il-linji tad-donazzjonijiet se jibqgħu miftuħin, għaldaqstant flimkien nistgħu nkomplu nkabbru s-suċċess tal-Istrina permezz ta’ dawn in-numri:
Ċempel:
€50 – 51902030
€25 – 51802012
SMS:
€11.65 – 50619201
BOV Banking:
79359565
Pledge:
21262626
Ftakar li bil-ftit tiegħek tista’ tagħmel differenza kbira.
