It-talent tal-kantanta ta’ 14-il sena Emma Cutajar jidher li ħalla mpatt mhux biss f’pajjiżna imma wkoll internazzjonali.

Dan ġie ikkonfermat hekk kif YouTube Channel Top 10 Talent li fih hemm kważi 6 miljun persuna abbonata, inkluda l-audition ta’ Emma waqt il-Malta’s Got Talent bħala waħda fost l-aqwa 10 kanzunetti emozzjonali.

Fl-audition tagħha Emma interpretat il-kanzunetta oriġinali I Miss You, li kitbet u ikkomponiet hija stess.

Nawguraw lil Emma ħafna aktar suċċess!

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks