Għandek bżonn: għal 4 persuni.
6 basliet kbar, imqattgħin irqaq jew slices, skont il-gosti tiegħek.
Żewġ kuċċarini tewm, imqatta’ rqiq ħafna
Mgħarfa butir
Żewġ weraq tar-rand
Żewġ kuċċarini sagħtar niexef
200ml inbid abjad
Żewġ imgħaref dqiq
400ml stokk tat-tiġieġ
400ml stokk taċ-ċanga
8 biċċiet żgħar ħobż
150g ġobon gruyere, maħkuk
Metodu:
Saħħan il-butir ġo borma kbira.
Żid il-basal, it-tewm, il-weraq tar-rand u s-sagħtar.
Ħawwad sew, għatti u sajjar fuq nar baxx għal madwar ħames minuti. sakemm il-basal ikun irtab,
Imbagħad neħħi l-għatu u ibqa’ ħawwad. dejjem fuq nar baxx, sakemm il-basal jieħu kulur kannella.
Żid l-inbid, ħawwad u ħallih isir sakemm l-inbid ikun kważi evaporat.
Żid id-dqiq u ħawwad sewwa għal xi tlett minuti sakemm it-taħlita tkun miksija sew.
Żid l-istokk tat-tiġieġ u l-istokk taċ-ċanga. Ħawwad, u kif jiftaħ jagħli baxxi n-nar u ħalli s-soppa ttektek għal madwar 45 minuta.
Kif issir, neħħi s-soppa minn fuq in-nar u żommha mgħottija.
Roxx il-ġobon fuq il-biċċiet tal-ħobż u poġġihom taħt il-grill għal madwar ħames minuti sakemm idub il-ġobon.
Servi s-soppa b’biċċa mill-ħobż fil-wiċċ ta’ kull platt.
L-ikla t-tajba 🙂
Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar din ir-riċetta u oħrajn, ibgħatilna fuq info@skoperta.net

Kontributriċi