Sopop magħmulin sempliċement mill-basal imorru lura għal Ruma tal-qedem. Iżda s-soppa tal-basal Franċiża jew kif nafuha aktar illum: French Onion soup, ġiet ħafna iktar tard fis-seklu 18.
Il-leġġenda tgħid li l-oriġini tagħha bdiet fil-belt ta’ Châlons-en-Champagne, il-belt twelid ta’ kok u inventur tal-preservazzjonijiet u ta’ l-ibottiljar ta l-ikel, Nicolas Appert.
Jingħad li darba fost l-oħrajn serva din is-soppa tiegħu lid-Duka ta’ Lorraine li kien l-ex Re tal-Polonja.
Dakinhar id-Duka kien fi triqtu lejn il-Palazz ta’ Versailles f’Pariġi biex iżur lil bintu r-Reġina Marie u żewġha r-Re Louis XV. Id-Duka tant kien impressjonat bis-soppa li insista li jagħtuh ir-riċetta biex jintroduċiha fil-Qorti Rjali ta’ Versailles.
Hemmhekk, malajr saret ikla favorita, aktar u aktar meta irrealizzaw li t-togħma qawwija tagħha kienet tgħatti r-riħa ta’ lejl xorb. Fil-fatt, dak iż-żmien kienu jsibuha bħala “is-soppa tax-xurban”, u sal-ġurnata tal-lum baqgħet favorita f’bosta djar Franċiżi bħala kura għall-hangover!

Kontributriċi