Select Page

Kull ġurnata li tgħaddi naraw riklami li bħal donnhom iridu jbiegħu l-kuntentizza. Din il- kuntentizza tiġi mibjugħa jew bħala forma ta’ karrozza sabiħa.. jew ikel bnin u ġieli xi vaganza.. u ħafna aktar…

Il-kuntentizza dejjem tipprova tiġi mibjugħa fil-forma ta’ prodotti …

Iżda l-kuntentizza hija xorta oħra.. mhix tangibli, mhix oġġett ..

Iktar ma nixtiequ nkunu kuntenti xi kultant aktar ma jirnexxielniex nakkwistaw dak li rridu.. bħalma meta tkun trid torqod b’saħħa kbira u tkun għajjiena u xorta ma tkunx tista’..

Xi ftit snin ilu għaddejt minn esperjenza personali u rrealizzajt li inutli nagħmel ħafna pjanijiet biex inkun kuntenta.. Għax il- kuntentizza tiġi minn ġewwa…

Dak li jiġi minn barra bħal oġġetti li nixtru eċċ.. joffru biss kuntentizza temporanja..

Iddeċidejt li dejjem infittex li noħroġ mill-comfort zone tiegħi.. li nipprova attivitajiet ġodda .. li ma nagħlaqx bibien għal ħbiberiji ġodda..

Kif ukoll aċċettajt ir-realtà li mhux dejjem se nkun kuntenta..

Għax dik hi l-verità tal-ħajja..

Però rrealizzajt ukoll li jekk jkolli esperjenzi interessanti, dan se jgħini fil-proċess li fl-aħħar mill-aħħar ngħix fil-paċi..

U xejn ma jieħu post dawn il-mumenti sbieħ..

L-attenzjoni tiegħi nitfagħha fuq dak li jgħini nħossni aħjar..

Allura x’jista’ jgħini niffoka aktar fuq esperjenzi li jgħinuni nħossni tajjeb?

Forsi nneħħi l-kelma kuntentizza mill-vokabolarju tiegħi?

U minflok nistaqsi lili nnifsi..

Qed nesperjenza sodisfazzjon jew serenità? Kultant qed nidħak daħka tajba mal-ħbieb? Qed niltaqa’ ma’ nies li jġiegħluni nħossni tajjeb?

Forsi nista’ ngħix aktar fil-mument?

Jew qed inħalli l-passat jiddominali ħajti..

Jew ngħix imwerwer mill-futur?

Jekk dan hu dak li qed jiġri .. allura qed infittex għajnuna biex nimxi ‘l quddiem?

Ftakar li mhux reali li nkunu kuntenti l-ħin kollu.. il-ħajja għal ħadd mhi faċli .. u kulħadd għandu s-slaleb tiegħu..

Anke jekk minn barra naraw lil xi ħadd li għandu ħajja perfetta..

Ftakar li mhux kull ma jleqq hu deheb..

Għandi idea ċara ta’ x’jogħġobni jew x’nixtieq minn ħajti?

Fittex x’inhuma l-għanijiet tiegħek u ibda triq lejn dak li tixtieq tikseb naqra naqra kuljum..

Bil-mod tasal.. ftakar li impossibli tilħaq l-għanijiet tiegħek kollha f’ daqqa

Ir-riċerka ssostni li meta aħna nagħtu lil ħaddieħor u mhux naħsbu fina nnfusna biss inħossuna ahjar mentalment

Ftakar li ma tistax tkun pożittiv il-ħin kollu

Tibzax tiċċaqlaq minn sitwazzjoniijiet jew relazzjonijiet fejn ma tħossokx apprezzat

Tiddejjaqx jew tħossok skomdu għax xi ħadd jistaqsi kif int u tħossok li trid tgħid li int tajjeb, jista’ jkun li ma tkunx tajjeb … ma jimpurtax

Ħu ħsieb saħħtek.. stress żejjed jaffetwak fiżikament ukoll

Tiddejjaqx toħroġ mill-comfort zone tiegħek.. Tajjeb li ssir taf nies ġodda

Jew li tmur postijiet li qatt ma mort.. Jew forsi tibda passatemp ġdid..

Iċċekkja dwar mindfulness u meditation jekk m’intix intiż dwarhom..

Oħroġ fin-natura.. hemmhekk mhux se ssib xi trigger li joħloq ansjetà jew dwejjaq għax ifakkrek f’xi ħaġa jew xi f’xi ħadd li weġġgħak…

Aċċetta l-emozzjonijiet tiegħek anke jekk huma negattivi .. pereżempju.. jekk inti tħoss rabja timbuttahiex ‘l hemm iżda aċċetta li qed tħossok irrabjat

Tibzax tħares lejn il-mera u tistaqsi lilek innifsek xi trid

Inti ukoll għandek dritt tinnota x’ tixtieq..

Awguri u tislijiet

Jekk għandek xi suġġett partikolari li tixtieq li nitkellmu dwaru, ibgħatilna fuq info@skoperta.net

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks