Select Page

Meta l-ajru skura u l-mewġ laħaqni
u nifsi għoddu nqata’
ħassejt rogħda titqawwa ġo fija
u qdift sal-bajja ramlija
u meta reġa’ dalam
ħarist ‘il fuq u
ntbaħt bil-kwiekeb jiddu
u ħassejt rogħda titqawwa ġo fija
li ħeġġitli qalbi b’tama ġdida
għax id-dija tax-xemx kienet
aljenatni wisq.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks