Select Page

L-ADHD huwa kundizzjoni li jiddeskrivi bħala:


“Xejriet persistenti ta’ nuqqas ta’ attenzjoni u / jew iperattività / impulsività li jkollhom effett fuq il-funzjonament jew l-iżvilupp.”
Id-disturb tan-nuqqas ta’ attenzjoni u l-iperattività (ADHD) huwa kundizzjoni newrobijoloġika, li taffettwa dawk il-partijiet tal-moħħ li jikkontrollaw l-attenzjoni, l-impulsi u l-konċentrazzjoni (u għaldaqstant ir-regolazzjoni tal-emozzjonijiet). Jidher li minn 5% sa 11% tat-tfal fl-età tal-iskola għandhom l-ADHD. Is-subien huma tliet darbiet aktar probabbli li jiġu dijanjostikati bl-ADHD mill-bniet. Huwa stmat li bejn terz sa nofs it-tfal b’sintomi tal-ADHD jibqgħu juru sintomi fl-età adulta għalkemm dawn jistgħu jidhru b’mod differenti. L-oħrajn, jidher li jirnexxhielhom jiksbu biżżejjed strateġiji jew ħiliet biex jgħinuhom ilaħħqu aħjar fil-ħajja ta’ kuljum. Ħafna drabi dan jinvolvi appoġġ minn membri tal-familja jew kollegi.

Wieħed mill-karatteristiċi tal-ADHD huwa In-nuqqas ta’ attenzjoni bħal:

● spiss jonqsu milli jagħtu attenzjoni mill-qrib lid-dettalji jew jagħmlu żbalji ta’ traskuraġni fix-xogħol tal-iskola, fuq ix-xogħol, jew waqt attivitajiet oħra.
● spiss ikollhom problemi biex jibqgħu jiffukaw fuq kompiti jew attivitajiet rikrejattivi.
● spiss jidher li ma jisimgħux meta tkellimhom.
● spiss ma jsegwuwx l-istruzzjonijiet u ma jispiċċawx ix-xogħol tal-iskola jew id-dmirijiet taghhom fuq il-post tax-xogħol. (eż. jitilfu l- fil, tiġbdilhom l-attenzjoni xi ħaġa oħra).
● spiss isibu diffikultà biex jorganizzaw kompiti jew attivitajiet.
● spiss jevitaw, ma jħobbux, jew joqgħodu lura milli jagħmlu kompiti li jeħtieġu sforz mentali għal perjodu twil ta’ żmien (bħal xogħol tal-iskola jew xogħol tad-dar).
● spiss jitilfu l-affarijiet meħtieġa għall-ħidmiet u l-attivitajiet (eż. materjal tal-iskola, lapsijiet, kotba, kartieri, ċwievet, karti, nuċċalijiet, mowbajls).
● spiss ikunu distratti faċilment
● spiss jinsew anke waqt attivitajiet ta’ kuljum.

L-iperattività u l-impulsività:

● spiss jiċċalqu u jħabbtu b’idejhom jew saqajhom, jew
joqomsu fuq is-siġġu.
● spiss iqumu meta jkunu mistennija jibqgħu bilqegħda.
● spiss jiġru jew jiċċaqalqu f’sitwazzjonijiet fejn ma jkunx xieraq (l-adolexxenti jew l- adulti spiss iħossuhom bla kwiet).
● spiss diffiċli li jilgħabu jew jieħdu sehem f’attività fil- kwiet.
● spiss ma jiqfux qisu qed imexxihom mutur.
● spiss ipacċpċu kontiwament.
● spiss jagħtu tweġiba qabel tkun spiċċat il-mistoqsija.
● spiss ma jkollhomx paċenzja jistennew meta jmisshom.
● spiss jinterrompi jew tidħol fuq kliem ħaddieħor

Il-kriterji dijagnostiċi tal ADHD:

Ħafna mis-sintomi jrid ikun ilhom jidhru għal mill-inqas 6 xhur, u mhumiex xierqa għall-livell ta’ żvilupp jew ifixklu l-livell ta’ żvilupp. Is-sintomi jkunu jidhru qabel l-età ta’ 12-il sena. Dawn is-sintomi jridu jkunu preżenti f’żewġ ambjenti jew aktar (bħal fid-dar, fl-iskola jew fuq ix-xogħol; mal-ħbieb jew qraba; f’attivitajiet ta’ divertiment, eċċ.).

Informazzjoni mogħtija lilna mill-organizzazzjoni ADHD Malta

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks