Ilbieraħ ġie mniedi vidjo mużikali b’interpretazzjoni ta’ kanzunetta klassika tal-1982, minn Adrian Galea u Godwin Lucas.

Fuq il-midja soċjali Adrian Galea qal li f’bidu ta’ sena ġdida, l-imħabba tagħhom lejn il-mużika hi b’saħħitha aktar minn qatt qabel. Huwa qal ukoll li meta avviċina lill-kuġin tiegħu dwar il-proġett li kellu f’moħħu, kien ferm ħerqan sabiex jibdew jaħdmu fuqu.

Filwaqt li esprima l-ferħ u s-sodisfazzjon tagħhom li qed jaqsmu mal-pubbliku dak li ilhom jaħdmu fuqu f’dawn l-aħħar ġimgħat, ma żvelax l-isem tal-kanzunetta u ħalla f’idejn min jisma’ din l-interpretazzjoni biex jipprova jagħraf l-isem tal-kanzunetta.

Ringrazzjamenti speċjali lit-tim wara dan il-proġett:

Aldo Spiteri Recording Studio
Marley Lagana
Quarterdeck Bar
Louise Caruana Galea
Memoires d’Amour
Marc Calleja Bayliss

Ilkoll naqblu li hija interpretazzjoni mill-aqwa b’vuċijiet li jagħmluha waħda speċjali u unika.

Int għandek idea x’jisimha din il-kanzunetta? Ħallilna kumment hawn taħt 👇

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks